Malli l-Miss tfaċċat fil-klassi,
Qalet, “Ajma ħej, xi ġrali!”
Tlift ix-xogħol ta’ sena sħiħa...
Il-kompjuter ikkraxxjali!
“Kelli n-notes ta’ kull lezzjoni,
Kelli l-homeworks ippjanati,
Kelli l-marki tagħkom kollha,
W anki x’copies għandi nagħti!
“F’tebqa t’għajn sparixxa kollox,
Dehret stampa sewda biss,
Ġie t-technician, xengel rasu,
Qalli: ‘Ħeqq... m’hemmx x’tagħmel Miss!’ ”
Martin Vella għolla sebgħu,
Qallha: “Miss, din naf kif ġrat;
Żgur dabbart daqsxejn ta’ virus,
Kif kien gralu s-Sur Muscat!”
“Skużi Miss, ’mma dan tort tiegħek,”
Qabżet tgħid Charmaine Mugliette,
“Int suppost li malli tlesti
Tagħmel back up fuq diskett!”
“Il-papà dejjem jgħidlina,”
Qabel magħha John Brincat,
“Min qatt ma jissejvja xogħlu
Ikun veru traskurat!”
“Issa isktu,” l-Miss qaltilna,
Isa... oħorġu ktieb... bil-kwiet;
Irrid nara ’l kulħadd jaqra;
Għandi bżonn nofs ta’ nhar skiet!”
U jien fraħt, għax din il-biċċa
Qatt kont għadni ma rajt bħalha!
Kemm inħobbha lill-Miss tagħna!
Il-kompjuter ikkraxxjalha!

Malti
English
8:28 amon October 4th, 2009
sabiha kienet ukoll!!
11:33 amon October 10th, 2009
wow grali hekk darba jien ukoll u kont se niggenen
7:38 amon February 28th, 2010
Kemm hi poeżija tad-dahk ‘Kraxx’! Smajt din il-poezija fuq iż-’Żona’, fuq it-televixin. Ghandi kważi disa’ snin u mmur l-iskola ta’ San Andrea, l-Imgarr. Din hija l-isbah poezija li qatt qrajt. Prosit hafna; il-kotba li tikteb kważi kulhadd jehodhom mill-librerija ta’ go l-iskola. Bl-Ingliż il-kotba favoriti tieghi huma ta’ Roald Dahl u tar-’Rainbow Fairies’. Bil-Malti nhobb il-kotba tieghek, ta’ Clare Azzopardi, u ta’ Natalie Portelli. Jien inhobb inpingi hafna, bhalek. Il-poeziji kollha tieghek inhobbhom hafna. Fl-ezami it-tahrig il-fehem kien fuq storja minn tieghek. Fl-Open Day ta’ l-iskola taghna jiena u shabi ha niktbu fuqek. Trid tigi? Id-data hi l-24 ta’ Marzu 2010, filghodu kollu.
Caw caw,
Minghand Emily
1:18 amon March 5th, 2010
Hi Emily,
Hadt gost hafna bl-ittra tieghek, ghall-fatt li thobb taqra. Kompli sejra hekk u aqra hafna kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliz. Fl-24 ta’ Marzu ghandi laqghat f’xi skejjel ohra u ghalhekk kontra qalbi ma nistax nigi l-iskola taghkom. Imma nawguralkom li tmorru tajjeb.
Sellili ghal shabek u ghall-familja kollha.
Trevor
9:38 amon June 7th, 2010
Din il-poezija tirrifletti wahda mill-hafna inkwiet li jkolli tul it-Teaching Practice!!
Grazzi tad-dahka tajba li toffri f’hafna mill-kitbiet tieghek!
U proset hafna ghas-sessjonijiet li ghamilt ghal ‘Harba’ li saret St. James Cavalier. Show ta’ siegha mimli dahk u kant – minkejja miniex tfal kont qisni wahda minnhom!
11:51 amon June 7th, 2010
Grazzi ħafna Graziella. Inħoss sodisfazzjon kbir meta nkun naf li rnexxieli nnissel tbissima fuq fomm xi ħadd.
Grazzi tas-sapport.
2:31 amon June 28th, 2010
KEMM HI POEZIJA TAD DAHK KRAXX! ISSA GHANDI KWAZI DISGHA SNINA (NALAQHOM F*SETTEMBRU). IMMUR L-ISKOLA TA SAN ANDREA L-IMGARR U IT-TEACHER TIEGHI HIJA MS SANDRA. DIN L-ISBAH POEZIJA LI QATT QRAJT. PROSIT HAFNA TAL KTIEB IL-BOD MIL HABS,QRAJTU XI SITT DARBIET WARA XULXIN.L-ISKOLA GHANDNA HAFNA KOTBA MIN TIEGHEK.JIENA INHOBB NAQRA IL KOTBA TA ROALD DAHL BL-INGLIZ KIF UKOLL TIEGHEK U TA NATALIE PORTELLI. IL MALTI INHOBBU HAFNA .JIENA GHEDA FI GR 5
KEZIA MALLIA MERCIECA
HOPE YOU READ THIS COMMENT:)
10:47 amon October 10th, 2010
Uzgur kulhadd jiehu gost bla xoghol tad-dar
hehehe
Alison
4:44 amon November 27th, 2010
A very nice poem but I hope it does not happen to me
8:07 amon November 27th, 2010
Naqbel mieghek. Allahares tigrili xi haga hekk
9:07 amon January 25th, 2011
vera sabiha