Kemm hi ħelwa n-nanna Lucy
Ta’ kull darba li mmur ħdejha,
Tkun quddiem it-televixin,
Bir-remote miżmum f’idejha.
Tibda tgħidli: Rajtu l-bieraħ;
Kien hemm western ta’ John Wayne?
Dnub li f’nofs kelli ndawru,
Għax ridt nara l-kwiżż tat-Tnejn.
Hemm iċ-ċampjin ta’ dan l-aħħar
Tassew ġenju! Jiskantani!
Imma f’nofsu, qlibtlu nitfa
Sa ma jlestu mir-reklami.
Sibt għaddej dokumentarju...
Ma nafx sewwa fuq xiex kien,
Ġab salt Għarab fuq iż-żwiemel,
U deżerti kullimkien.
U ġab l-iġmla qed jixorbu
Minn għadira ħdejn oażi,
Hedejt nara... w ħaqq ix-xjafek;
Anki l-kwiżż ħareġ minn rasi!
Meta qlibtlu sibtu spiċċa,
Naħseb siegħa sħiħa għaddiet,
Sibt l’anki t-telenovella
Kienet ilha sew li bdiet.
Ma stajtx naqbad l-għaliex Carrie
F’nofs ta’ lejl telqet mid-dar,
U kif f’daqqa, sabet ruħha
Tibki w tolfoq ġo l-isptar.
Ma stajtx nifhem ... u dawwartlu!
Xi pjaċir! X’kapaċita’!
Fuq ir-RAI kien hemm xalata,
Programm sħiħ ta’ varjeta’!
Kien hemm grupp ta’ kitarristi,
W ieħor jagħmel il-maġija;
Imma f’daqqa, ħabta w sabta
Naħseb għajni marret bija.
X’hin stenbaħt kien spiċċa kollox.
L-aħbarijiet biss kien hemm...
Għandu jkun reħgħu bdew jagħtu
Xi mkien qrib Ġerusalemm!
Issa llum nifli l-gazzetta
Għall-programmi... b’attenzjoni;
Għax irrid nerġa’ ndur kollox
Nara ’kk mhemmx repetizzjoni!

Malti
English
6:57 amon August 27th, 2009
Prosit hafna
12:53 amon September 23rd, 2009
HELLO PROSIT HAFNA
11:31 amon December 5th, 2009
Prosit hafna. Vera jnisslu tbissima.
1:13 amon December 13th, 2009
proset hafna tal poeziji specjalment il-ktieb tal fenek l-ahmar
1:15 amon December 13th, 2009
proset hafna tal poeziji
10:07 amon January 4th, 2010
kemm hi helwa u kemm dhakt. bin neputi f’idejha u jharres lejha jarani nidhak. proset
6:26 amon January 6th, 2010
nixtieq hafna li tigi l-iskola taghna
6:27 amon January 6th, 2010
nixtieq hafna li tigi l-iskola taghna pls
9:49 amon January 11th, 2010
proset hafna
12:21 pmon January 20th, 2010
Prosit hafna u grazzi talli gejt l iskola taghna.
5:51 amon June 9th, 2010
L-ewwel nett nixtieq nghidlek prosit hafna; u mhux biss ghall-poezija, imma ghal kollox li ktibt. Kompli miexi kif int sejjer. Grazzi hafna.
7:46 amon June 9th, 2010
Grazzi hafna tas-sapport u l-inkoraggiment.
8:22 amon January 4th, 2011
Prosit hafna!
Tifqani bid-dahq!!!!!!!
9:41 pmon January 6th, 2011
Nieħu gost li nġiegħlek tidħak waħda tajba.
4:48 amon January 8th, 2011
Prosit, din sabiha hafna, ukoll meta ghamilnieha l-iskola, jien hadt gost naqraha. Prosit tassew.
11:06 pmon January 8th, 2011
Grazzi Kristeph. Ħadt gost li għoġbitek.