Il-papà mar xtara mobile,
Mudell ġdid tassew sabiħ!
Nesa l-video u l-gazzetti,
Ilu ġimgħa ħsiebu fih.
“X’meravilja!” jibda jredden,
“Żgur bħal dana qatt ma rajt,
Anki jdoqqlok Happy Birthday,
W għall-Milied: is-Silent Nigħt.
“Fih il-logħob bħal tal-kompjuter,
U messaġġi li jkellmuni...!”
U dam siegħa mrekken waħdu
Medhi jagħfas il-buttuni!
Liz-zijiet ċemplilhom kollha,
Lill-ħbieb tiegħu u l-ġirien,
Lin-nanniet u lill-kuġini,
Il-card ħlieha f’tlitt ijiem.
Ma’ kull ħarġa, ma’ kull qadja,
X’battikata, x’waħda din!
Dlonk tarah bil-mobile miegħu,
Bhal pistola f’ċintorin.
Hu u jsuq iħobb iċempel,
Jagħmel l-isbah diskussjoni,
Għad xi darba jaqbdu l-Warden
U jċapċaplu ċitazzjoni!
Fi triqitna għal għand in-nanna,
Illi toqgħod in-Naxxar,
Dorna lura mħabba l-mobile
Għax insieh warajh id-dar.
Il-Ħadd l’għadda, fil-quddiesa
Smajt ħoss ċkejken, mużikali,
Kien il-mobile qed iċempel
F’nofs is-Salm Responsorjali.
Fid-dar tagħna l-ħajja nbidlet,
Għandna ċerta serjeta’,
Sirna aktar effiċjenti
B’dan il-mobile tal-papà.
U x’ħin rani mmissu nitfa,
Trid tarah... qajjem irvell!
Ħatafhuli minn idejja,
Qalli: “Dak mhux ġugarell!”

Malti
English
6:11 amon August 5th, 2009
I really like this poem,it makes me laugh out loud when I read it!! It really is funny!!:)
7:03 amon August 27th, 2009
Excellent
10:45 amon September 24th, 2009
Tal-genn din! Prosit.
2:35 amon October 4th, 2009
Tajba qieghda din; vera sabiha!
8:26 amon October 4th, 2009
Vera sabiha
11:31 amon October 10th, 2009
Kemm fiha verita din il-poezija helwa!
Dhaqna ftit jien u it-tfal.
11:10 amon October 14th, 2009
prosit! eccellenti!
10:13 amon November 19th, 2009
it was funny and my father rarley uses the mobile
9:56 amon January 4th, 2010
true and cute. my son have two cell phones and they bother me, but he cannot live without them cause of his hectic job
8:32 amon February 22nd, 2010
Jiena mill-Kullegg Stella Maris Gzira. Proset hafna tiehu hafna xoghol biex taghmilhom
10:17 amon April 6th, 2010
jien mill-kullegg santa clara sec school pembroke. prosit! kull poezija hija sabiha u ghandha taghha.
9:34 pmon April 14th, 2010
Hi Josefa,
Niehu gost nisma’ li l-poezija toghgbok.
Grazzi tal-kumment tieghek.
Trevor
5:11 amon May 13th, 2010
Prosit tassew tad-dahk kienet din il-poezija
3:09 amon May 19th, 2010
I really like this poem,it makes me laugh out loud when I read it!!!!!!!!!!!!!!! Excellent this poem is so funny my schools name is magerita school of girls….
6:13 amon December 27th, 2010
proset hafna imma kif jiguk dawn il hsibijie ajdli naqa pls
9:50 amon January 2nd, 2011
Sabiha din il-poezija . Inhobb naqra poeziji dan it-tip li jferrhu l- hafna nies .
9:41 pmon January 6th, 2011
Grazzi ħafna Antonella. Kompi aqra.
9:43 pmon January 6th, 2011
Diffiċli biex tinduna minn fejn jiġu l-ideat. Jiena nikteb ħafna fuq tfuliti u fuq l-esperjenzi tiegħi.