Ġita

zvel-02Ziti Mandy marret ġita
Ma’ Dun Bert il-kappillan,
Waslu Ruma l-Ħadd filgħodu
Fis-sagħtejn kienu Milan.

Sebħu t-Tnejn ġol-belt ta’ Vjenna,
Iżda xejn ma tilfu ħin,
Sa fl-għaxija kienu Munich,
Stutgart, Frankfurt u Berlin!

Wiċċha vampa z-zija Mandy
Tiġri w tagħqad daqs żugraga,
Klikk - klikk- klikk - ritratt war’ ieħor
Sabet ruħha ġo nofs Praga.

U t-trejn sejjer -- dejjem sejjer...
“Dritt lejn Warsaw nivvjaġġaw!
Ġa rajnieh! Tlaqnieh warajna!
W issa ġbidna lejn Krakaw!”

Ħadu l-breakfast l-Ungerija,
F’Moska kielu ikla bnina,
Min-North Pole xtraw semi-freddo
U fl-għaxija raqdu ċ-Ċina.

“Dak il-ġmiel,” iz-zija qalet,
“Biex tarah trid seb’għajnejn!”
(Għalkemm qattgħet din il-ġita
Nofs fil-kowċ u nofs fit-trejn!)

U ġiet lur’ għarqana xraba,
U b’nifisha daqsxejn fgat;
Iżda qalet li f’dil-ġita
Kważi d-dinja kollha rat!

U għalhekk, għas-sena d-dieħla
Ġa ppjanat, iz-zija Mandy
Illi s-sajf tmur tqattgħu kollu
Għall-mistrieħ ġo flat ix-Xlendi.

Wednesday, April 29th, 2009 | Posted in Poeziji għat Tfal | 11 Comments »

11 Comments Leave a Comment

  1. sarah ann caucho
    7:09 amon October 1st, 2009

    hello Trevor,
    Jien Sarah u qieghda l-iskola ta’ Santa Lucia go klassi 1 dublin>
    Niehu gost bil-poeziji tieghek. Jien ghandi hafna projects fuqek.
    caw caw,
    Sarah

  2. rachel
    2:48 amon October 4th, 2009

    hello trevor jiena Rachel jiena mmur l-iskola ta’ Santa Lucija tal- juniour lyceum. Jiena qieghda form 1 madrid u ghandi hafna projects u hafna minnhom fuqek. Jien ukoll niehu gost naqra l-poeziji tieghek ghax ikunu sbieh. Anka ommi u ohti jhobbu jaqraw il-kotba tieghek.

  3. rachel
    2:49 amon October 4th, 2009

    kompli sejjer hekk u kompli iktbnilna kotba sbieh bhal ma dejjem taghmel mintghand rachel farrugia caw caw u keep it up !!!!!!!!!!!!!!!!!!

  4. Arianna
    8:34 amon October 4th, 2009

    hello trever zahra
    jiena arianna u qieghda fl-iskola ta santa lucija 1 dubline, ma sarah. Vera sabiha
    caw caw,
    arianna

  5. Trevor
    8:35 amon October 4th, 2009

    Grazzi hafna Rachel, tal-kummenti gentili tieghek. Niehu gost li thobb taqra. Kompli sejra hekk.

  6. maria
    8:35 amon October 7th, 2009

    hi Trevor jien ukol immur li- iskolla ta santa lucia u hedda 1 vienna u nahseb li tfall qedin fuq missioni bhali biex insibu naqra informazjoni fuqek ghax huwwa hw tall malti u qalet li lil kull had tatu izda dan tatuna ghall scop ghax int kittib tajeb

  7. Michela
    6:54 amon November 21st, 2009

    hello Trevor,

    Jien immur l-iskola Dun Karm Scerri, Naxxar u qeghda r-raba’ sena. Qeghda naghmel il-’homework fuq Stilel u qeghda nnfittex il-poeziji tieghek. Kemm int kittieb tajjeb!

  8. diana
    10:45 amon January 7th, 2010

    Hello Trevor, jiena Diana, jiena mmur l-iskola ta’ Santa Lucija tal-Juniour Lyceum. Jiena qieghda form 1 London u ghandi hafna projects u hafna minnhom fuqek. Jien ukoll niehu gost naqra l-poeziji tieghek ghax ikunu sbieh. Anki l-kotba sbieh hafna. Prosit u keep it up. Jien bhalissa qieghda hawn ghax ghandna project kbir fuq il-karattri ta’ Meta Jaqa c-Cpar. keep it up hi

  9. MiguelMontebello
    8:36 amon February 22nd, 2010

    Jiena mmur l-iskola Stella Maris College Gzira. Keep it up ghax ghamilt hafna u hafna stejjer sbieh u ahna it-tfal nitaghlmu hafna minnhom

  10. Trevor
    12:34 amon February 28th, 2010

    Grazzi Miguel. Xi tlitt ijiem ilu gejt l-iskola taghkom u kellimt lit-tfal ta’ Year 6. Ma nafx jekk inti kontx hemmhekk ukoll. Veru hadt gost niltaqa’ maghkom. Kompli aqra.
    Trevor

  11. mariona
    3:01 amon May 19th, 2010

    thanks i had so mach fun reading this poem of trevor zahra

Leave a Reply