Jekk hemm xogħol trid tiskartah,
Jew il-homework tiffrankah,
Isma’ minni --- agħmel bħali,
Se ntik formola speċjali:
Kull met’ommi tgħidli: “Paul,
Ej’ ħa tgħinni f’biċċa xogħol,”
Noqgħod kwiet, ma nweġibhiex,
Għat-taparsi ma smajthiex.
Ħdejha mmur bil-mod, il-mod,
Nimxi nfekren u nirtogħod,
U ngħidilha, mans daqs nagħġa:
“Xi trid, Ma? Naqdik f’xi ħaġa?”
Ommi mara panikuża,
Tagħmel għaġeb fuq nemusa,
Għandha ċerta fissazzjoni
Fuq is-sogħla w il-flissjoni,
Fuq l-uġigħ taż-żaqq u d-dahar,
Allerġiji kbar u żgħar,
L-iċken riħ tarah bronkite,
Ażżma, sogħla w pulmonite.
Għandha fliexken ta’ kull sura
Qtar u pilloli w mistura,
Kxaxen sħaħ sax-xfar mimlija
Donnhom kienu spiżerija.
Hekk kif ommi tħares lejja
W tara d-dmugħ fi xfar għajnejja..
(Għax dal-fatt jeħtieġ tifhmuh:
Jien naf anki nġib id-dmugħ!!)
Tgħidli: “X’għandek, x’waħda din?
Għajnejk jidhru miksurin.
Itla’ 'l fuq... u x-xogħol insieh!
Mur ġos-sodda! Fittex strieh!”
U tagħtini asperina,
Jew xi mgħarfa mediċina,
(Hemm mistura ftit safrana,
Togħma bnina ta’ banana!”)
Ħafna xogħol b’hekk niskartah,
Ħafna homework niffrankah...
Iżda ’kk ommok mhix mazzun,
U nzertat ġurdien brikkun;
Ħeqq ... ma nafx kif taqbad tfehimha
F’dak il-każ... għandek problema!

Malti
English
7:09 amon August 27th, 2009
Niehu idea
2:32 amon October 4th, 2009
Prosit hafna! Vera sabiha !!!!!!!
12:25 pmon November 26th, 2009
Prosit xbin kemm hi tad-dahk u grazzi talli gejt l-iskola tieghi!
9:43 amon November 30th, 2009
prost hafna trevor bye
6:01 amon January 6th, 2010
jekk joghbok ejja l-iskola taghna l-hamrun liceo.pls
2:04 amon January 12th, 2010
Nigi bil-qalb kollha l-iskola taghkom, imma jrid ikolli stedina mill-Kap tal-iskola.
8:10 amon April 6th, 2010
proset ħafna nieħu gost naqra il- kotba tieghek
keep it up
=)
ċaw
9:34 pmon April 14th, 2010
Grazzi hafna tal-kumment tieghek Jael.
Napprezzah hafna.
Trevor
11:44 amon September 24th, 2010
trever prosit tal-sejjer il tamel u prosit jin neputijak nafa ax tigi li-skola tiaja jisima alison navarro hi qalbi u sweet
from noela xuereb u jin dalwat andi il-birthday 25 decembru caw see you
trever hi bye
7:38 amon October 25th, 2010
trevor nieh gost naqra il kotba tijak nixtieq xi darba nsir bhallek bhalissa qed naqra holm tal milied vera ktieb interesanti
xi darba jekk joghgbok ejja l iskola tghakom st francis sliema secondarjaghax veru nieu gost narak u nisma` dwar il kotba famuzi tijak
11:22 pmon October 25th, 2010
Grazzi Sarah tal-kummenti helwin tieghek. Apprezzajthom hafna.
Jekk xi darba jistednuni, nigi bil-qalb fl-iskola taghkom.
6:23 amon November 27th, 2010
Dear Trevor, Im a Student From De La Salle i wanted to say that all your books are fantastic but the one i liked the most is Holm Tal Milied:) ty and keep up the good work .
8:05 amon November 27th, 2010
Grazzi André. Napprezza hafna l-kumment tieghek.