Novella
L-Inkwatru (zmill-ġabra ta’ novelli “LUBIEN”)
Stħajjiltni qed narahom iħarsu ċassi lejha u jsejħulha. “Hawn… ejja… ersaq,” ħassejthom itennulha. “Ara, qed nistennewk! Lil min minna se tagħżel.”
U Kristin donnha tassew kienet qed tisma’ leħinhom. Għadni naraha tieħu ġirja mbe’ lejhom u hekk kif tasal quddiemhom, tieqaf tiflihom waħda waħda u titbissmilhom.
Taħt Fanal Mitfi (mill-ġabra ta’ novelli “PROVENZ”)
Kull meta jisma’ l-ħoss qawwi ta’ silencer imtaqqab riesaq ifferoċjat lejn in-naħa tiegħu, Pullu joħroġ f’salib it-toroq u jiftaħ dirgħajh beraħ. Jarma jaqbeż u jidgħi u jxejjer idejh u meta jara li l-ħoss baqa’ għaddej għal xogħlu bla ma ta kasu, Pullu jgħaqqad il-ponnijiet u jinfexx jgħajjat:
“Tuni mutur u nurikom jien! Nurikom jien!”

Malti
English