SĦAB

SĦAB
Kultant lil Toby ma nifhmux. Ilbieraħ qalli li kif inkunu t-Toskana bi ħsiebu jieħu ħafna ritratti tas-sema. Għidtlu: "Mela s-sema ta' Malta u tat-Toskana mhux l-istess?!"

Qalli: "Le, mhux l-istess!"

U fetħilha.

Dam siegħa jredden dwar kif l-ilma jeffettwa s-sħab , u l-baħar jeffettwa s-sħab, u l-għoljiet u l-muntanji u l-pjanuri u r-riħ u x-xemx kollha jeffettwaw is-sħab. Kemm kemm ma riedx jgħid li anki tazza 7-Up fuq il-bejt teffettwa s-sħab.

Għidtlu: "Daqt jibdew jgħidulek li moħħok fis-sħab."

Qalli: "Dak ikun kumpliment!"

Publisher : Merlin Library
Sena : 2006

Mill-Gazzetti

Illum - 12.11.06 (p. 26)
The Sunday Times 07.01.07 (p.31)
Sagħtar - Mejju 2007

Premijiet

REBBIEĦ TA' L-EWWEL PREMJU
Kategorija "Kotba għall-Adoloxxenti"
"Premju Nazzjonali tal-Ktieb" - 2006

Tuesday, April 28th, 2009 | Posted in Xogħljiet Varji | No Comments »

Leave a Reply