Sepja

Sepja
Ġabra ta' Novelli

Il-ħġieġ ta’ l-antiporta tan-nanna kien irrigat fit-tul.

Qabel ma nħabbat u niftaħ kont inħobb inkaħħal għajnejja miegħu u nittawwal 'il ġewwa.

Is-sottospekkju ta’ l-intrata, il-gastri, il-ħnejja tat-taraġ ... kollox kien jidher immewweġ u distort.

Anki n-nanna Ċens, bil-qiegħda faċċata u silwettata kontra d-dawl tal-bieb tal-bitħa, minn wara l-ħġieġ irrigat ta’ l-antiporta kienet tidher likwida bħar-riflessi f’wiċċ il-baħar u ma’ kull ċaqliqa tiegħi kienet titbandal u ċċafċaf, ankrata mal-mejda ta’ l-ikel ġol-menqa kennija tagħha bejn il-vetrina u s-sideboard. Imbagħad niftaħ l-antiporta u nsib ruħi ġo baħar ta’ stejjer!

Publisher : Merlin Library
Sena : 2007

Mill-Gazetti

Maltatoday -- 13.05.07 p.30
The Sunday Times -- 3.06.07 p.30
The Times (Weekender) - 7.07.07
Il-Mument - 22.07.07 p.29
Illum - 23.09.07 p.8

Premijiet

Rebbieh tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2007

Tuesday, April 28th, 2009 | Posted in Għall-kbar | No Comments »

Leave a Reply