Il-Ħajja Sigrieta tan-Nanna Genoveffa
Meta missierha sar jaf li bintu qed tiltaqa’ baxx baxx ma’ Zanzu ta’ Pietru tal-Landier, kien qajjem infern sħiħ. Mhux biss għax hi kien għad kellha 17-il sena waqt li hu kellu 31; mhux biss għax huma kienu tal-flus waqt Zanzu kien biċċa karpintier it-tarzna u jagħmilha ta’ waiter u ta’ kulma jiġi għal idejh; mhux biss għax waħda minn ħutu kienet seftura ma’ l-Ingliżi, imma fuq kollox, l-akbar oġġezzjoni tiegħu kien Kalċidon, in-nannu ta’ Zanzu, li għalkemm kien ilu aktar minn 20 sena mejjet, kien għadu magħruf mar-raħal bħala l-akbar sakranazz li qatt rat id-dinja … dak li kien kisser ras il-kelb fl-istatwa ta’ Santu Rokku tal-pjazza, tajjar il-beritta tas-Surġent Demicoli lejlet il-festa ta’ Santa Marija u li kien jaf jiġbed nifsijiet twal ’il ġewwa, iross żaqqu u jbosslok kemm-il bassa tikkommissjonalu.
Dan il-ktieb kien ippubblikat f’Mejju 2008.Minn dakinhar sa Diċembru 2009, inbiegħu ’l fuq minn 3,000 kopja … rata ta’ 5 kotba kuljum.Bla dubju ta’ xejn, għal pajjiż ċkejken bħal Malta, dan huwa rekord assolut u b’hekk IL-ĦAJJA SIGRIETA TAN-NANNA ĠENOVEFFA jista’ jitqies bħala l-bestseller tas-sena.Diġà qed tiġi stampata edizzjoni ġdida u aktar tard din is-sena, il-ktieb se jkun ippubblikat ukoll bl-Ingliż.
Dan il-ktieb ġie maqlub għall-Ingliż minn Rose Marie Caruana.
Publisher : Merlin Library
Sena : 2008
Premijiet
Rebbieħ tat-Tieni Premju
Premju Nazzjonali tal-Ktieb – 2008
Tuesday, April 28th, 2009 | Posted in Għall-kbar | 8 Comments »
9:33 amon November 30th, 2009
trevor inti ghandek hafna kotba sbieh jien nitaxxaq naqrahom prosit hafna kompli ohrog il kotba sbieh ghat tfal zghar u ghat tfal daqsxejn ikbar
3:12 pmon February 23rd, 2010
trevor jien inhossni vera ma naqrax izda il kotba tieghek jolqtuni u nibqa naqrahom sa kemm nispiccahom!!
12:33 amon February 28th, 2010
Grazzi tal-ittra tieghek, Nicolette. Kompli aqra, imqar FTIT kuljum. Fittex dejjem kotba li jaghtuk pjacir.
Trevor
6:27 amon March 29th, 2010
Ghaziz Trevor,
Dan l-ahhar gie f’idi il-ktieb tieghek Il-Hajja Sigrieta tan-Nanna Genoveffa. Vera prosit. Jekk dan kien djarju li ezista vera, wera bic-car li l-bniedem kien, ghadu u jibqa’ bniedem. Jekk le, prosit tad-deskrizzjoni intensa ta’ kif thossha mara. Ma stajtx nitilqghu minn idejja – tajt stampa cara ta’ zmien l-imghoddi u ta’ l-emozzjonijiet li thoss tfajla fl-ewwel inkontru taghha ma’ sess oppost u ta’ emozzjonijiet ohra fil-hajja mizewwga. Grazzi tal-kitba tieghek.
9:39 pmon April 14th, 2010
Hi Claudine,
L-ewwelnett skuzani li domt ma wegibtek, imma dan l-ahhar kelli problema fil-mail tal-website.
Grazzi hafna tal-kummenti tieghek. Id-djarju ma ezistiex tassew, imma huwa kollu fittizju. Izda kif ghidt int, xtaqt nuri li l-emozzjonijiet tal-bniedem minn dejjem kienu l-istess.
GRAZZi mill-gdid.
Trevor
1:41 pmon May 19th, 2010
Proset Trevor
Veru laqatni dan il-ktieb
12:16 pmon July 31st, 2010
Ghaziz Trevor,
Nixtieq nghidlek prosit hafna tal-kotba sbieh li tohrog ghax vera addattati ghaz-zghazagh ..Insellimlek
4:40 amon August 1st, 2010
Proset tal kotba sbieh!! Pero nixtieq li kieku tohrog iktar kotba ghal adulti zghar