Il-Ġenn li Jżommni f’Sikti

Il-Ġenn li Jżommni f’Sikti
Jgħidu li kienet xitwa qalilha dik tas-’47. Kien għamel ħafna maltemp u saħansitra niżlet il-borra u waqt li l-majjistra kienet qed taħsilni kienet faqqgħet sajjetta u mar id-dawl ta’ kullimkien. Kull meta z-zija Nena kienet issemmi dan l-episodju, kienet tikxef l-abjad t’għajnejha kollu qisha se tirrakkonta t-tmiem ta’ traġedja Griega. Qatt ma stajt nifhem għalfejn kienu għamlu dak l-għaġeb kollu. Forsi ħasbu li s-sajjetta kienet laqtet il-banju u li meta jiġi d-dawl se jsibu li għandhom f’idejhom tarbija mbaskta donnha statwa ta’ Pompej; jew forsi mmaġinaw li kont se negħrqilhom ġo sitt pulzieri ilma; jew inkella meta semgħuni nħanġar (għax ma naħsibx li bqajt lura) ħasbuni qed nibża’ mid-dlam. Insew li kont qattajt disa’ xhur sħaħ fid-dlam mingħajr l-iċken tgergira.

Publisher : Merlin Library
Sena : 2008

Premijiet

Rebbieħ tat-Tieni Premju
Premju Nazzjonali tal-Ktieb – 2008

Tuesday, April 28th, 2009 | Posted in Għall-kbar | 1 Comment »

1 Comment Leave a Comment

  1. Odette
    11:34 amon December 14th, 2009

    Prosit tassew tax-xoghol li taghmel. Hadt gost hafna naqra l-istorja tieghek, dwar il-genn li jzommok f’siktek :)

Leave a Reply