Ħajr

Nixtieq nirringrazzja lil ħafna persuni li mingħajr l-appoġġ kontinwu tagħhom żgur li l-ebda wieħed mill-kotba kollha li ktibt ma kien jara d-dawl.

Minn ta’ quddiem nett lil Merlin Library li ilhom jemmnu fix-xogħol tiegħi u jissapportjawh sa mill-1971.

Lill-familja tiegħi, l-akbar fan li għandi.

Lil Catherine, li magħha qed naqsam ħajti u l-ideat kollha tiegħi.

Lil ħbiebi, minn ta’ quddiem nett: David Agius Muscat, Clare Azzopardi, Andrew Baldacchino, Joe Borg, Chris Buttigieg, Mario Cassar, Sergio Grech, Stefan Scerri, Jane Tabone, Olvin Vella, Richard Zahra u ħafna oħrajn li dejjem sibthom ta’ l-akbar għajnuna u ispirazzjoni.

Lilkom qarrejja, li intom iżżommu ħajjin il-karattri li jien nipprova noħloq.

Grazzi.
Trevor Żahra