Trevor Zahra » Poeziji għat Tfal

Il-Papà Mar Xtara Mobile…
Il-papà mar xtara mobile,

Mudell ġdid tassew sabiħ!

Nesa l-video u l-gazzetti,

Ilu ġimgħa ħsiebu fih.

“X’meravilja!” jibda jredden,

“Żgur bħal dana qatt ma rajt,

Anki jdoqqlok Happy Birthday,

W għall-Milied: is-Silent Nigħt.

“Fih il-logħob bħal tal-kompjuter,

U messaġġi li jkellmuni…!”

U dam siegħa mrekken waħdu

Medhi jagħfas il-buttuni!

Liz-zijiet ċemplilhom kollha,

Lill-ħbieb tiegħu u l-ġirien,

Lin-nanniet u lill-kuġini,

Il-card ħlieha f’tlitt ijiem.

Ma’ kull ħarġa,  ma’ kull qadja,

X’battikata, x’waħda din!

Dlonk tarah bil-mobile miegħu,

Bhal pistola f’ċintorin.

Hu u jsuq iħobb iċempel,

Jagħmel l-isbah diskussjoni,

Għad xi darba jaqbdu l-Warden

U jċapċaplu ċitazzjoni!

Fi triqitna għal għand in-nanna,

Illi toqgħod in-Naxxar,

Dorna lura mħabba l-mobile

Għax insieh warajh id-dar.

Il-Ħadd l’għadda, fil-quddiesa

Smajt ħoss ċkejken, mużikali,

Kien il-mobile qed iċempel

F’nofs is-Salm Responsorjali.

Fid-dar tagħna l-ħajja nbidlet,

Għandna ċerta serjeta’,

Sirna aktar effiċjenti

B’dan il-mobile tal-papà.

U x’ħin rani mmissu nitfa,

Trid tarah… qajjem irvell!

Ħatafhuli minn idejja,

Qalli: “Dak mhux ġugarell!”

Kraxx
Malli l-Miss tfaċċat fil-klassi,

Qalet, “Ajma ħej, xi ġrali!”

Tlift ix-xogħol ta’ sena sħiħa…

Il-kompjuter ikkraxxjali!

“Kelli n-notes ta’ kull lezzjoni,

Kelli l-homeworks ippjanati,

Kelli l-marki tagħkom kollha,

W anki x’copies għandi nagħti!

“F’tebqa t’għajn sparixxa kollox,

Dehret stampa sewda biss,

Ġie t-technician, xengel rasu,

Qalli: ‘Ħeqq… m’hemmx x’tagħmel Miss!’ ”

Martin Vella għolla sebgħu,

Qallha:  “Miss, din naf kif ġrat;

Żgur dabbart daqsxejn ta’ virus,

Kif kien gralu s-Sur Muscat!”

“Skużi Miss, ’mma dan tort tiegħek,”

Qabżet tgħid Charmaine Mugliette,

“Int suppost li malli tlesti

Tagħmel back up fuq diskett!”

“Il-papà dejjem jgħidlina,”

Qabel magħha John Brincat,

“Min qatt ma jissejvja xogħlu

Ikun veru traskurat!”

“Issa isktu,” l-Miss qaltilna,

Isa… oħorġu ktieb… bil-kwiet;

Irrid nara ’l kulħadd jaqra;

Għandi bżonn nofs ta’ nhar skiet!”

U jien fraħt, għax din il-biċċa

Qatt kont għadni ma rajt bħalha!

Kemm inħobbha lill-Miss tagħna!

Il-kompjuter ikkraxxjalha!

In-Nanna Lucy
Kemm hi ħelwa n-nanna Lucy

Ta’ kull darba li mmur ħdejha,

Tkun quddiem it-televixin,

Bir-remote miżmum f’idejha.

Tibda tgħidli:  Rajtu l-bieraħ;

Kien hemm western ta’ John Wayne?

Dnub li f’nofs kelli ndawru,

Għax ridt nara l-kwiżż tat-Tnejn.

Hemm iċ-ċampjin ta’ dan l-aħħar

Tassew ġenju!  Jiskantani!

Imma f’nofsu, qlibtlu nitfa

Sa ma jlestu mir-reklami.

Sibt għaddej dokumentarju…

Ma nafx sewwa fuq xiex kien,

Ġab salt Għarab fuq iż-żwiemel,

U deżerti kullimkien.

U ġab l-iġmla qed jixorbu

Minn għadira ħdejn oażi,

Hedejt nara… w ħaqq ix-xjafek;

Anki l-kwiżż ħareġ minn rasi!

Meta qlibtlu sibtu spiċċa,

Naħseb siegħa sħiħa għaddiet,

Sibt l’anki t-telenovella

Kienet ilha sew li bdiet.

Ma stajtx naqbad l-għaliex Carrie

F’nofs ta’ lejl telqet mid-dar,

U kif f’daqqa, sabet ruħha

Tibki w tolfoq ġo l-isptar.

Ma stajtx nifhem … u dawwartlu!

Xi pjaċir!  X’kapaċita’!

Fuq ir-RAI kien hemm xalata,

Programm sħiħ ta’ varjeta’!

Kien hemm grupp ta’ kitarristi,

W ieħor jagħmel il-maġija;

Imma f’daqqa, ħabta w sabta

Naħseb għajni marret bija.

X’hin stenbaħt kien spiċċa kollox.

L-aħbarijiet biss kien hemm…

Għandu jkun reħgħu bdew jagħtu

Xi mkien qrib Ġerusalemm!

Issa llum nifli l-gazzetta

Għall-programmi… b’attenzjoni;

Għax irrid nerġa’ ndur kollox

Nara ’kk mhemmx repetizzjoni!

Ġita
Ziti Mandy marret ġita

Ma’ Dun Bert il-kappillan,

Waslu Ruma l-Ħadd filgħodu

Fis-sagħtejn kienu Milan.

Sebħu t-Tnejn ġol-belt ta’ Vjenna,

Iżda xejn ma tilfu ħin,

Sa fl-għaxija kienu Munich,

Stutgart, Frankfurt u Berlin!

Wiċċha vampa z-zija Mandy

Tiġri w tagħqad daqs żugraga,

Klikk – klikk- klikk – ritratt war’ ieħor

Sabet ruħha ġo nofs Praga.

U t-trejn sejjer — dejjem sejjer…

“Dritt lejn Warsaw nivvjaġġaw!

Ġa rajnieh!  Tlaqnieh warajna!

W issa ġbidna lejn Krakaw!”

Ħadu l-breakfast l-Ungerija,

F’Moska kielu ikla bnina,

Min-North Pole xtraw semi-freddo

U fl-għaxija raqdu ċ-Ċina.

“Dak il-ġmiel,” iz-zija qalet,

“Biex tarah trid seb’għajnejn!”

(Għalkemm qattgħet din il-ġita

Nofs fil-kowċ u nofs fit-trejn!)

U ġiet lur’ għarqana xraba,

U b’nifisha daqsxejn fgat;

Iżda qalet li f’dil-ġita

Kważi d-dinja kollha rat!

U għalhekk, għas-sena d-dieħla

Ġa ppjanat, iz-zija Mandy

Illi s-sajf tmur tqattgħu kollu

Għall-mistrieħ ġo flat ix-Xlendi.

Formola
Jekk hemm xogħol trid tiskartah,

Jew il-homework tiffrankah,

Isma’ minni — agħmel bħali,

Se ntik formola speċjali:

Kull met’ommi tgħidli: “Paul,

Ej’ ħa tgħinni f’biċċa xogħol,”

Noqgħod kwiet, ma nweġibhiex,

Għat-taparsi ma smajthiex.

Ħdejha mmur bil-mod, il-mod,

Nimxi nfekren u nirtogħod,

U ngħidilha, mans daqs nagħġa:

“Xi trid, Ma?  Naqdik f’xi ħaġa?”

Ommi mara panikuża,

Tagħmel għaġeb fuq nemusa,

Għandha ċerta fissazzjoni

Fuq is-sogħla w il-flissjoni,

Fuq l-uġigħ taż-żaqq u d-dahar,

Allerġiji kbar u żgħar,

L-iċken riħ tarah bronkite,

Ażżma, sogħla w pulmonite.

Għandha fliexken ta’ kull sura

Qtar u pilloli w mistura,

Kxaxen sħaħ sax-xfar mimlija

Donnhom kienu spiżerija.

Hekk kif ommi tħares lejja

W tara d-dmugħ fi xfar għajnejja..

(Għax dal-fatt jeħtieġ tifhmuh:

Jien naf anki nġib id-dmugħ!!)

Tgħidli: “X’għandek, x’waħda din?

Għajnejk jidhru miksurin.

Itla’ ‘l fuq… u x-xogħol insieh!

Mur ġos-sodda!  Fittex strieh!”

U tagħtini asperina,

Jew xi mgħarfa mediċina,

(Hemm mistura ftit safrana,

Togħma bnina ta’ banana!”)

Ħafna xogħol b’hekk niskartah,

Ħafna homework niffrankah…

Iżda ’kk ommok mhix mazzun,

U nzertat ġurdien brikkun;

Ħeqq … ma nafx kif taqbad tfehimha

F’dak il-każ… għandek problema!