Trevor Zahra » Blog

Il-Kant fil-Knejjes
Qed ninnota, li minn ftit taż-żmien lil hawn, x’aktarx minn mindu fi ħdan il-Knisja bdew jinbtu ħafna gruppi ta’ talb u ta’ spiritwalità, beda dieħel ukoll ħafna kant tal-knisja bl-Ingliż.  Issa hawn irrid ngħid li jiena ma nara xejn ħażin li jkun hemm xi għanjiet bl-Ingliż … imma naraha tistona ħafna meta l-maġġoranza tal-kant ikun hekk.

Xi sentejn ilu mort għall-funzjoni tal-lejl tal-Milied f’ċerta parroċċa u tabilħaqq ħriġt diżgustat li 90% tal-għanjiet tal-Milied kineu kollha bl-Ingliż jew bit-Taljan.  U tafu x’kienet waħda mill-ftit għaniet li kantaw bil-Malti? Kienet traduzzjoni ta’  Tu Scendi dalle Stelle!  Ovvajment … qatt m’erġajt ersaqt lejn dik il-parroċċa … imma xi ħadd qalli li din is-sena reġgħu għamlu l-istess.

Għandna ħafna għanjiet sbieħ tal-Milied bil-Malti … kemm dawk tradotti minn Dun Frans Camilleri, kif ukoll oħrajn tradotti minn diversi awturi.  U jekk xi parroċċa tkun tixtieq tkanta għanja partikolari, tista’ faċilment tqabbad lil xi ħadd jittraduċihielha.  Dil-prattika ssir fil-pajjiżi kollha.  Ngħid għalija, ġejt imqabbad nittraduċi bosta għanjiet … anki dawk moderni.

Jekk aħna tassew kburin bl-Ilsien tagħna … għandna nuru BIL-FATT u mhux bit-tapċpiċ, li dan l-Ilsien tagħna nużawh dejjem u f’kollox. U meta nużawh tajjeb, nintebħu kemm huwa lsien rikk u sabiħ.

Dwar il-Ħrejjef Folkloristiċi
Il-ħrejjef folkloristiċi, mhumiex sempliċement stejjer fittizji.    Ħafna minnhom jistgħu jitqiesu bħala parabboli … tixbihat jew metoafori tal-ħajja; sintesi ta’ dak li kienu jemmnu fih missirijietna u tat-tip ta’ ħajja li huma kienu jgħixu.  Ma rridux inħarsu lejhom b’mod superfiċjali; jiġifieri naqraw biss is-saff tal-wiċċ, imma rridu nippruvaw inħaffru fil-fond.  Ħa nagħti xi eżempji:  meta fil-ħrejjef naraw li l-mara (x’aktarx prinċipessa) tkun dejjem mara sabiħa, dan il-ġmiel ma rridux noħduh biss bħala l-ġmiel ta’ barra, imma jissimboleġġa wkoll il-ġmiel ta’ ġewwa, dak tal-qalb.  Tant hu hekk li biex il-prinċipessa tkun l-eroina tal-ħrafa, jeħtieġ li mhux biss tkun sabiħa, iżda tkun ukoll ta’ qalb tajba.  Fil-fatt, ċerti ħrejjef, bħal The Snow Queen, m’għandhom l-ebda simpatija lejn karattru li għalkemm ikun sabiħ minn barra, ikun kattiv minn ġewwa.  Mela nistgħu ngħidu li l-ġmiel ta’ barra huwa metafora tal-ġmiel ġewwieni.

Ta’ min ngħidu wkoll li dawn il-ħrejjef, oriġinarjamnet ma nħolqux biss għat-tfal imma għall-poplu kollu.  Kienu jgħaddu bil-fomm minn ġenerazzjoni għal oħra.  Bihom missirijietna riedu jesprimu l-preokkupazzjonijiet u l-biżgħat tagħhom.  Għalhekk x’aktarx dejjem insibu liż-żgħir (il-fqir) mgħakkes mill-kbir (is-sinjur), iżda finalment, bil-għaqal ta’ moħħu u l-qalb tajba tiegħu, iż-żgħir jissupera lill-kbir u jasal għall-kisba tal-premju.  Hekk ngħidu aħna, insibu li jkun dejjem iż-żgħir fost tlitt aħwa li jirnexxilu jasal fejn ħutu ma waslux.  Ikun dejjem il-fqir u d-dgħajjef li jirbaħ lill-prinċpessa.  Missirijietna, li kienu x’aktarx isibu ruħhom sfruttati mis-Sinjuri u mogħtija l-ġenb, f’dawn il-ħrejjef kienu jsibu xaqq ta’ tama. Il-qalba ta’ kull ħrafa hija r-rebħa tat-tajjeb fuq il-ħażin.  Fl-ebda ħrafa ma nsibu li l-ħażin jiġi ppremjat jew igglorifikat.  Għal missirijietna dan kien l-akbar għajn ta’ tama u faraġ.

Għalhekk jiena nemmen li l-ħrejjef għadhom relevanti sal-lum u għandna nibqgħu naqrahom lit-tfal tagħna għax fihom hemm għerf mistur.  Jeħtieġ biss li nidduskutu mat-tfal kif  dawn il-ħrejjef juru kif kienu jaħsbu missirijietna, x’tip ta’ ħajja kienu jgħixu, x’kienu l-biżgħat tagħhom.  Tajjeb infehmuhom li ċerta mġiba li kienet aċċettabbli taħt ċerti ċirklostanzi, mhux bil-fors tgħodd għal-lum li qed ngħixu f’ċirkostanzi differenti.  It-tfal tagħna jeħtieġ ikun jaf mnejn tlaqna biex japprezzaw aktar fejn wasalna.  Il-ħrafa toffrilhom dan kolu .. u ħafna aktar.

Għalhekk jiena nikkundanna bil-qawwa kollha lil min ibagħbas fil-ħrejjef, biex mingħalih jagħmilhom politikament korretti.  Il-ħrejjef qatt ma jkunu politikemant korretti għax dik mhix l-aġenda tagħhom u jiżbalja min jistenna minnhom ħaġa bħal din.

Lit-Tfal Sraqnielhom il-Bjut
Sa ftit ilu, kull familja li toqgħod fi flatt, setgħet tuża parti mill-bejt (u xi drabi anki washroom).   Hemmhekk il-familja setgħet tonxor, tagħmel xi barbikju fis-sajf … u fuq kollox, it-tfal setgħu jitilgħu jilagħbu.

Iżda llum dan kważi spiċċa għal kollox.

Bir-regolamenti ġodda li ħarġet il-MEPA ftit tas-snin ilu, ingħata l-permess li tiżdied penthouse fuq il-blokka tal-flatt … u allura ġara li ħafna familji (li forsi ma kellhomx ftehim ċar fil-kuntratt) itteħditilhom ir-roqgħa tal-bejt li kellhom.  Il-flattijiet ġodda li qed jinbnew bħal issa (dawk li qed jitilgħu wara li titwaqqa’ d-dar li kien hemm qabel), kollha qed ikollhom din il-famuża penthouse, u allura kull min illum jixtri flatt, ma jkollu l-ebda jedd għall-bejt.

U x’inhuwa r-reżultat ta’ dan kollu?

* Il-familji mhu qed ikollhom l-ebda żvog.

* Minflok jużaw is-sħana naturali tax-xemx biex inixxfu l-ħwejjeġ, qed ikollhom jużaw it-tumble dryers (u viva l-konsum tal-elettriku !!!).

* U fuq kollox, lit-tfal sraqnielhom il-ftit żvog li kellhom fejn setgħu jitilgħu jilagħbu u jieħdu ftit tal-arja.

* Tielgħa ġenerazzjoni ta’ tfal li l-uniku żvog tagħhom tkun xi gallerija daqs nitfa … gallerija li, għalkemm is-sidien jagħżlu li jsejħula terrazzin, il-qies tagħha qiegħed dejjem jiċkien u jinxtorob sa ma aktar qed issir tixbaħ lil gaġġa ta’ amorin.

*  Imbagħad arana niskantaw u nitkażaw li t-tfal qed iqattgħu wisq ħin jilagħbu bil-kompjuter!

Tgħid il-MEPA tat kas ta’ dan kollu meta fasslet ir-rogolamenti msemmija?

Żbalji tal-Malti fuq TVM
Ma nqisx ruħi bħala xi wieħed iffissat fuq ir-reqqa tal-ortografija.  Imma niddejjaq meta fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni  … aktar u aktar fuq it-TVM (l-Istazzjon tas-Sena !!!!) nara kliem miktub ħażin.  Il-bieraħ, il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju, waqt wieħed mill-aktar programm popolari fuq dan l-istazzjon, fi promozzjoni ta’ xi minuta dehru dawn il-kelmiet miktubin ħażin:  laqqajniekom, wegħidniekom, ħadniekom, diqa!!  Possibbli li d-dar tal-produzzjoni responsabbli minn dal-programm, m’għandhiex magħha persuna li taf tikteb Malti tajjeb?  Min jaf x’kienu jgħidu li kieku dawn l-iżbalji kienu bl-Ingliż?!  U ħaġa oħra … dawn il-kelmiet mhumiex uħud minn dawk li ntlaqtu mit-tibdil li sar dan l-aħħar.  Ilhom jinkitbu hekk is-snin.  Jiġifieri mhemmx skużi.