Ma nqisx ruħi bħala xi wieħed iffissat fuq ir-reqqa tal-ortografija. Imma niddejjaq meta fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni … aktar u aktar fuq it-TVM (l-Istazzjon tas-Sena !!!!) nara kliem miktub ħażin. Il-bieraħ, il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju, waqt wieħed mill-aktar programm popolari fuq dan l-istazzjon, fi promozzjoni ta’ xi minuta dehru dawn il-kelmiet miktubin ħażin: laqqajniekom, wegħidniekom, ħadniekom, diqa!! Possibbli li d-dar tal-produzzjoni responsabbli minn dal-programm, m’għandhiex magħha persuna li taf tikteb Malti tajjeb? Min jaf x’kienu jgħidu li kieku dawn l-iżbalji kienu bl-Ingliż?! U ħaġa oħra … dawn il-kelmiet mhumiex uħud minn dawk li ntlaqtu mit-tibdil li sar dan l-aħħar. Ilhom jinkitbu hekk is-snin. Jiġifieri mhemmx skużi.
Żbalji tal-Malti fuq TVM
Saturday, May 23rd, 2009 | Posted in Blog, Kummenti | 34 Comments »

Malti
English
3:27 pmon May 24th, 2009
Ghaziz Sur Zahra,
Allura kif tikteb sew laqqajniekom, weghidniekom, hadniekom? Grazzi bil-quddiem
karmenu
9:57 pmon May 24th, 2009
Għażiż Karmenu,
Dawk il-kelmiet, kif qed niktibhom jiena hawnhekk, huwa bil-mod korrett. Fuq it-TV ma dehrux hekk imma b’hafna tahwid ’l hawn u ’l hemm.
7:51 amon May 25th, 2009
aw sur zahra jiena Rachel ta Joanne!
kif inti? jiena tajba proset ghandek
websites vera interessanti proset .
sellili
Grazzi , Rachel Navarro.
11:13 amon May 26th, 2009
Jista’ jsir dizzjunarju elektroniku tal-kliem kollha tal-Malti?
9:29 pmon May 26th, 2009
Xi hadd qalli li qed jahdmu fuq dizzjunarju on-line. Imma jiena nahseb li l-aktar haga li ghandna bzonn hija “Cekkjatur” (spell-checker). B’hekk, dawk li forsi jibqghu lura milli jiktbu mill-Malti ghax jibzghu izbaljaw, jibdew jaghmlu l-hila, ghax ic-Cekkjatur jehdilhom hsieb tal-ortografija.
7:59 amon May 28th, 2009
da best. Keep it going! Thank you
9:22 amon May 28th, 2009
Grazzi Rachel. Hadt gost li l-website ghogbitek. Sellili dejjem.
2:44 amon May 30th, 2009
Qabel kollox, naħseb aħjar li n-nies jiftakru li l-ittri ċ ż ġ u ħ għadhom jeżistu għax online ma ssibhom kważi qatt !
Xi ħadd ħajjarni nużagħhom anke fuq MSN u jien inħossni kburi tassew.
2:45 amon May 30th, 2009
nużahom*
3:04 amon May 30th, 2009
Inħeġġeġ lilek u lil kull min jidħol fis-sit tiegħek sabiex jidħol fil-blog bil-Malti tiegħi.
Il-link huwa: http://wahdifuqtallinja.blogspot.com/
Grazzi bil-quddiem.
PS Sur Żahra, żidtek fil-lista tal-blogs li jinteressawni. Din tinsab mal-ġenb, ftit ‘l isfel
3:45 amon May 30th, 2009
Iva, illum permezz tat-tastiera Keyman, il-karattri Maltin ċ ġ ħ ż nistgħu nużawhom bla diffikultà ta’ xejn.
5:17 pmon May 30th, 2009
Ngħidlek il-verità qatt m’użajtha dik it-tastiera u ili s-snin ma nuża l-fonts li kienu jinqasmu bejn in-nies fuq floppy disk.
Mindu bdejt nuża l-Windows XP, skoprejt li nista’ nżid il-Malti mil-Language Bar. Jista’ jkun li qed tirreferi għaliha, minix ċert.
Ninħaraq ukoll meta, minbarra li mhux biss fuq l-istazzjon TVM, jiġu preżentati mistoqsijiet lit-telespettaturi b’Malti ħażin jew bit-tipi l-ħżiena (eż. jużaw h minflok ħ). Tiġri ta’ spiss ukoll sempliċement f’riklam. Biex ma nsemmux kemm iħobbu jagħfġu meta jgħidu kemm jiswa xi prodott… Insomma, il-lista hija twila.
Nemmen li b’edukazzjoni serja, dawn il-problemi mhux se jispiċċaw, iżda żgur ħa jittaffu mhux ftit !
Jien għadni kif spiċċajt l-eżamijiet tal-MATSEC (l-A’levels) u ħassejtni TASSEW iddiżappuntat nisma’ lill-invigilators jagħfġu kemm jifilħu bil-mod ta’ kif bdew jitħadtu biż-żewġ lingwi uffiċjali, kemm magħna kif ukoll ma’ xulxin. Kważi kważi taqbiżli degħma. Jien nistaqsi lili nnifsi: la qiegħed f’skola li xogħolha hi li tgħallem, kif dawn in-nies stess qed jagħtu eżempju ħażin lilna l-istudenti??
Li kieku għażlu li jitkellmu bl-ingliż u fformulaw sentenza waħda tajba, kont nagħlaq għajn waħda. Imma li jagħmlu użu b’mod offiż ta’ code-switching hija inaċċettabli.
F’eżamijiet serji bħal dawn nistenna nies professjonali u ta’ ċerta kalibru. L-uniku mument serju kien meta ġie fil-klassi d-direttur tad-dipartiment tat-Taljan f’Malta ħalli jaqralna l-kuntest oralment. Il-bqija tan-nies anzjani li ħadu ħsiebna (l-invigilators) ġegħluni niddubita minn liema qasam akkademiku ġejjin…
Apparti minn hekk, nemmen li l-għalliema ħaduha drawa li jużaw il-code-switching ma’ kull min jintaqgħu. Din il-problema qegħda taffetwa bl-ikrah lil ħafna nies, speċjalment lill-istudenti li jqattgħu s-sigħat fil-klassi magħhom, jixorbu kliemhom u l-iżbalji magħhom.
7:44 amon May 31st, 2009
Nieħu ħafna gost nisma’ kliem bħal tas-Sur Daniel. Kliemu, ta’ protesta kontra l-ħażen tal-użu tal-Lingwa Maltija, forsi jdejjqek, iżda huwa kollu kemm hu minnu.
Barra l-iżbalji u n-nuqqas t’ użu tat-tipi tal-kitba tal-Malti fuq xi stazzjonijiet televiżivi Maltin, tisma’ wkoll diversi preżentaturi u mistednin Maltin, li mhux biss jagħmlu żball wieħed fl-użu tal-Lingwa Maltija li jitħadtu, imma taħwida sħiħa tal-kliem Malti, ħafna drabi mħallat mal-Ingliż, u ġieli wkoll jiffurmaw kelma ġdida billi jgħidu kelma ta’ nisel Ingliż u jippruvaw jaffġuha bil-Malti. U dan kollu fuq stazzjonijiet kollha kemm huma Maltin u magħmula minn ċittadini Maltin ukoll.
Għalkemm l-Ingliż hija l-lingwa li tgħaqqad id-dinja kollha, ma rridux ninsew li l-Malti hija l-lingwa li tifforma parti importanti mill-Identita tana l-Maltin. U għalkemm dan l-aħħar il-Lingwa Maltija qed tiġi aktar rispettata, kemm fil-letteratura, fil-komunikazzjoni u fil-kummerċ fost l-oħrajn, inħoss li għadna lura. Dan narawh mill-ħafna ittri li nirċievu miktuba biss bl-Ingliż, mill-ħafna ċittadini Maltin, li biex iħossuhom superjuri ifajru kelma bl-Ingliż u oħra bil-Malti f’sentenza waħda u l-livell ħażin ħafna tal-Malti ta’ ċertu tfal u żgħażagħ.
Għalkemm dan kollu, l-iżbalji jibqu jitwettqu bla kas ta’ xejn, il-lingwa tagħna tibqa titħassar, u għalkemm jien minhiex perfett fil-Malti, għaliex kull m’għandi 15-il sena u għad fadalli ħafna x’nitgħallem, nipprova nagħmel ħilti kollha biex nara li l-lingwa tant sinjura ta’ pajjiżna timxi l-quddiem. Pero kif għedt qabel, għalkemm qed jissawwru ħafna għaqdiet favur dan, il-massa dejjem terbaħ lil minoranza, li ħafna drabi jkolla raġun.
1:41 amon June 2nd, 2009
Matthew, naqbel miegħek perfettament u ibqa’ ċert li li għadek kif għidt jafuh ħafna min-nies iżda jibqa’ biss f’moħħhom, fi ħsibijiethom ta’ kuljum, u sfortunatament ħafna minnhom ma jużawhx fil-prattika.
Nixtieq nagħmel punt. Iktar ma jgħaddi ż-żmien u tipprova tikkoreġi l-użu ħażin tal-Malti, in-nies iktar ma jatux kasek u jkomplu jiżbaljaw. Forsi għax wara kollox ma nafux nikkoreġu lil ħaddieħor. L-opinjoni tiegħi hi li huwa tajjeb jekk tgħallem lil min hu nteressat biss u tagħmel użu tajjeb tal-lingwa ħalli ħaddieħor jitħajjar sub-konxjement u jaddotta l-eżempju.
Għaliex isiru ħafna żbalji, speċjalment waqt konverżazzjoni? Minn fejn jibda dan kollu?
Każ klassiku huwa meta wieħed jisma’ lil ħaddieħor (kemm jekk ikun ħdejh, fuq tal-linja, fuq it-televixin, fuq l-internet) juża kelma li togħġbu (li mhiex neċessarjament korretta) u għalhekk jaddotta dik il-kelma u jibqa’ jużaha, sakemm tismagħha persuna oħra – u ċ-ċiklu jkompli jdur.
Mela l-istess għandna nagħmlu bl-użu tajjeb tal-lingwa ħalli biż-żmien il-problema tittaffa u mhux tigrava.
Għalissa ma nistgħux nikkoreġu lil min hu ikbar minnha – qed nirreferi għal dawk li jagħmlu użu mit-titli elettroniċi f’tmiem il-programm jew għal min jikteb il-mistoqsijiet tat-televoting. Biss jekk xi darba jkollna l-opportunità u jħallu f’idejna, ibqa’ ċert li nuruhom kif għandu jsir ix-xogħol.
3:42 amon June 9th, 2009
…l-aqwa waħda meta jgħidu ‘dal-programm ġie miġjub lilkom minn…’ – mur oqgħod studja l-forom!
8:24 amon October 4th, 2009
Ghaziz Trever Zahra,
Jien tifla ta 11-il sena u minn Hal Kirkop. Vera niehu pjacir naqra l-kotba tieghek…!!! Vera jkunu interessanti u tal-genn. Jekk jghogbok ibqa’ ikteb kotba bil-Malti u ppublichom fil-libreri li ghandna hawn Malta. Grazzi talli jghogbok tikteb kotba mill-aqwa. Proset u grazzi mill-gdid.
Inselli ghalik,
Arianna
8:39 amon October 4th, 2009
Grazzi Arianna. Napprezza hafna l-kummenti tieghek. Sellili ghal shabek u ghall-familja kollha.
10:37 amon October 8th, 2009
ghaziz zarah kifint jin nisap tajjba kef tamelaom katba meta jaqa’ c-cpar jin andi u andi lis-skola tijaja
bye jin noela trevor zarah
8:30 amon October 9th, 2009
Sur Trevor Zahra,
Bil-gost kollu nghidlek li inti wiehed mill-aktar kittieba Maltin favoriti tieghi. Jiena ghandi erbatax-il sena u llum nattendi il-kullegg ta’ San Albert fil-Belt Valletta. il-kotba avventuruzi tieghek kollha qrajthom, u nghidlek il-verita’ ma kontx nieqaf naqra qabel naqta’ dik il-kurzita` li jaghmluli dawn il-kotba. Prosit Trevor, ibqa’ ikteb iktar u iktar….. ghax ta’ min jghid ukoll li l-kollezzjoni li ghandi tal-kotba tieghek huma l-unika kotba li jirnexxieli nibda u nispicca…..
9:56 amon March 29th, 2010
it-tifla qieghda tikteb fuq il-pitazz…………………il-kelma “qieghda” miktuba tajba jew le?????
9:36 pmon April 14th, 2010
Hi Nadya,
Skuzani li domt ma wegibtek imma kelli xi pproblemi fil-mail tal-website.
Iva, “qieghda” hekk tinkiteb, l-istess bhal “hierga. diehla, miexja …ecc)
Trevor
6:07 amon June 22nd, 2010
Ghaziz Sur Zahra
Konna qed nitkelmu u nqalghet polemika fuq il-plural tal-kelma “karus”. Tista’ tghidilna x’inhi jekk joghgbok?
Grazzi mill-quddiem
Vanessa
4:49 pmon June 29th, 2010
Biex tikteb l-ittri Maltin ma trid tniżżel l-ebda fonts.
Sibt tajjeb ħafna dan il-manwal: http://www.kunsilltalmalti.gov.mt/filebank/documents/kompjuter.pdf
Uża l-Language Bar tal-Windows u l-Apple.
6:51 amon November 13th, 2010
L-ewwel net prosit ta’ dan il-blog li ghamilt,ghax hafna min nies il-malti min fuq it-televisjoni jitghallmuh u jekk tat-televisjoni jiktbu malti hazin,in-nies malti hazin ha jitghallmu.L-ahhar haga tista’ tghidli jekk jogghbok kif nattendi il-korsijiet tal-kitba u jekk ma nistax nattendi minhabba li ghandi biss tnax il-sena??
11:29 amon December 2nd, 2010
Naqbel perfettament Trevor!!!u ghax ma nsemmux anke traduzzjonijiet ta’ xi kwotazzjonijiet mill-Ingliz li jinqalbu ghall-Malti litteralment!!!Possibli li fl-istazzjonijiet lokali m’hemmx xi hadd li jista’ jiccekkja l-Malti, specjalment meta jkun miktub?? Li jsiru zbalji (anke gravi) fil-Malti mithaddet kwazi nista’ nasal li niskuzaha (sa certu punt) imma zbalji bil-miktub li jistghu facilment ikunu ccekkjati, ma nistax naccettaha!!!
Tislijiet!!!
Sandra
9:56 pmon December 2nd, 2010
Il-korsijiet tal-kitba ma jsirux b’mod regulari. Ikun hemm korsijiet ta’ kull tant, xi wħud għat-tfal u oħrajn għall-kbar. Meta jkun se jsir xi kors għat-tfal, ninfurmak. Grazzi tal-interess.
6:01 amon December 7th, 2010
Ok,Sur Trevor Zahra.Grazzi ta’ kollox kemm ghal kitba kreattiva tieghek kif ukoll ghal importanza li taghti lil lingwa Maltija, ghax wara kollox ahna ikoll Maltin.Jekk tinfurmani dwar il-korsijiet nibqa’ obbigat ghax il-kitba toghobni wisq.
Christian
9:03 amon December 8th, 2010
Grazzi mill-ġdid Christian. Inżommok infurmat.
8:33 amon December 14th, 2010
Grazzi u skuzani talli qbiztlek ghal suggett iehor.
2:04 amon December 29th, 2010
Għażiż Sur Zahra,
L-ewwel nett prosit ta’ dan il-blog għax hawn ħafna affarijiet interessanti! Nixtieq nirreferik għall-ktieb Stilel 6 fejn kelli diffikulta’ biex insib s-Superlattiv Assolut ta’ twil ħafna ħafna u bnazzi ħafna ħafna. Napprezza l-għajnuna tiegħek.
Grazzi
7:16 amon December 29th, 2010
Hi Mr.Zahra,
L-ewwel nett prosit hafna ta’ dan is-sit hekk professjonali. Qrajt bosta kotba mill-pinna unika tieghek… kull ktieb li qrajt, ghogobni. Nixtieq li tidhol f’dan is-sit u thallili l-kummenti tieghek. Wara tibghatli l-kummenti tieghek fuq desier.debono@gmail.com.
Grazzi….
7:59 amon January 6th, 2011
jina nigi in-neputija vince fabri hey u baj
9:40 pmon January 6th, 2011
Hi Anthea,
Sellili ħafna għal Vince.
9:42 pmon January 6th, 2011
Grazzi ħafna Desier. Awguri minn qalbi.