Dan ir-rakkkont mhux dwar Granċella ... dik li kienet timxi b’lura u trabbi
l-friefet il-lejl. Din hija storja dwar
l-erba’ wliedha. Insomma ... aktar dwar
Fulda, iż-żgħira nett! U aktar
importanti minn Fulda hija bintha: Rampa. Għax issa għaddew ħafna snin u dawn l-erba’
aħwa lkoll qabżu s-sittin sena. Imma Granċella se tidħol xi ftit ukoll. U anki żewġha Franġello ... għalkemm dan donnu se jmut qabel ma
jitwieled. Iżda fuq kollox din hija
storja dwar l-epidemija li kienet ħakmet lil Kartaksan, b’attakki ta’ ... ta’
... ta’ .. ta’ ... Aaaaaaaċċċċù.
Skużawni ... ma nistax inkomp.....!