Analizi u Studji Kritici dwar kotba ta’ Trevor Zahra
Provenz: Stramberiji, Sess U Pjaciri Ohra
Mario Cassar
Walter Pater kien iddefinixxa r-Romanticizmu bhala “strangeness added to beauty”. Fil-ktieb “The Western Canon” Harold Bloom jghid li dal-kliem, tabilhaqq, ghandu jghodd ghal kull letteratura; anzi jsostni li l-kriterju ewlieni li jsawwar xoghol validu hu l-istramberija. Xoghol stramb hu xoghol devjanti, eccentriku, stravaganti, kapriccuz. Xoghol stramb jitbieghed minn dak li hu familjari; jitbieghed mill-formula u mill-platitudni. F’dal-kuntest ma nistghux ninjoraw il-kuncett seminali ta’ stranjament, mghammed minn Shklovsky u mhaddan bhal kredu mill-formalisti Russi u d-dixxipli taghhom.
Mistoħbija fuq L-Għatba
Trust the tale and not the teller (D.H. Lawrence)
studju dwar “Lubien”
Mario Cassar
Meta nghidu li b’dawn in-novelli Zahra jaqbad mal-fantastiku, inkunu ftahna argument shih ghax il-fantastiku, ‘l hinn mis-semantika tad-dizzjunarju, ghandu tifsira specifika bhala generu letterarju. Il-Miklem ta’ Erin Serracino Inglott jinterpreta l-fantastiku kif gej: li hu mibni fuq il-fantasija; li fih il-fantasija; ta’ sura jew gost kapriccuz; mahsub u maghmul bi hsieb barra mis-soltu; immaginattiv; stravaganti; misthajjel u aktarx imbieghrd mir-realta`; li hu holqien ta’ mohh xi ftit imberfel; stramb; irreali; eccentriku; grottesk; li johrog barra min-normal, mill-uzu komuni, specjalment fl-arti.
In-Novelli ta’ Trevor Zahra
studju dwar “Lubien”
Oliver Friggieri
Hemm kittieba li bhallikieku mhuwiex bizzejjed ghalihom li jinghalqu fi hdan generu wiehed, u jfittxu li jfissru ruhhom f’forom differenti li jvarjaw hafna minn xulxin. Ghalihom il-letteratura hi r-rizultat ahhari ta’ htigiet li huma dejjem l-istess, hi liema hi s-sura li jiehdu fil-livell ta’ l-espressjoni. Aktarx ukoll li kittieba ta’ din ix-xehta jkunu prolifici; il-htiega ta’ l-esperimentazzjoni teknika tant tkun saret haga wahda mal-htiega tal-kitba nnifisha, li jispiccaw jiktbu hafna, u sikwit bl-istess konsistenza u fiducja fihom infushom u fil-mezz letterarju maghzul. Trevor Zahra huwa wiehed mill-ewlenin f’din il-kategorija, u jista’ jitqies prezenti f’ghadd ta’ generi li fihom jinhass komdu, kwazi ferhan bil-ferh ta’ kittieb gdid li ghadu qieghed jiskopri l-ghodod tieghu.
The Design of Trevor Zahra’s Creative Prose in LUBIEN
Charles Briffa
The way I see him
Whenever I find occasion to talk to Trevor Zahra about his works — or with his brother who often imposes his jolly self on a discussion of Zahra the writer — I often gather pieces of information about the backstage activity of his writing. And I have learned so many things about his preparations.

Malti
English