Fuklar Qadim u Bnadar Imċarrta

Meta Toni kellu sitt snin, ħabta u sabta
sab ruħu jgħix ġo dar kbira u qadima fil-Belt...
tifel waħdu ma' ħames nisa.  Ma kinitx dar komuni.
Kienet dar li tistenbaħ mal-lejl, tokrob, titniehed u
tagħmel kull xorta ta' ħsejjes;
waqt li n-nanna Ġolina tqum tippassiġġa fid-dalma,
iċċekċek il-kuruna tar-rużarju u titlob lil San Mikiel.
Fuq kollox, dik id-dar qadima kienet tobgħod lill-irġiel.

Merlin Library -1995